Storja tal-Banda

BandainsideFil-bidu ġew biex jagħtu isem lill-Banda l-ġdida, il-fundatur tagħha s-Sur Pawlu Darmanin mall-ewwel ippropona li din kellha tissejaħ Societa` Filarmonica San Paolo. Min-naħħa tiegħu, il-President, in-nobbli Ramiro Barbaro ippropona l-isem tal-Gran Mastru La Vallette, l-istess bniedem li waqaf il-Belt Valletta. Din il-proposta ntgħoġbot u ntlaqgħet b’akklamazzjoni, waqt li San Pawl inħatar bħala Patrun tas-Soċjeta` Filarmonika.

L-ewwel dehra tal-banda “LaValette” saret nhar it 28 ta’ Mejju , 1875 b’risq il-baritonu Lorenzo del Riccio, il-banda La Vallette daqqet Marcia, mazurka u galopp. Il-gazzetta Portafoglio Maltese faħħret lil din il-banda mmexxija minn Prof. Luigi Carabott u l-istess għamlet il-gazzetta Iil Corriere Mercantile Maltese.

Mro. Emmanuele Bartoli li laħaq it-tieni surmast, studja l-armonija u l-pjanoforte taħt il-Patri Agostinjan Giuseppe Spiteri Fremond li kien kompożitur, mużiċista u Maestro di Cappella.  Huwa tħarreġ fid-daqq tal-vjolin ma’ Guzeppi Micallef.

bandagkSa qabel ma twaqqfet il-Banda “La Valette” il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-Knisja ta` Ġieżu fil-Belt kienet drawwa li jieħdu sehem fiha baned Militari tar-Risorgimento Reale Malta Fensibile iżda hekk kif twaqqfet “La Valette” mill-ewwel ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-purċissjoni.  Sas-sena 1878, il-Banda kienet tieħu sehem billi takkumpanja l-purċissjoni fit-toroq imnejn tgħaddi, iżda b`digriet ta` l-Isqof tal-20 ta’ Marzu 1879, il-baned ma setgħux aktar jakkumpanjaw il-purċissjoni u kellhom idoqqu bil-wieqfa.  Wara ħafna taħbit u talbiet, fl-1897 il-Frattelanza ġabet il-permes meħtieġ mingħand l-Awtorita` tal-Knisja biex il-Banda tkun tista terġa’ tibda takkumpanja fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, miexja quddiem il-Vara l-Kbira.  Dan id-digriet għadu validu sal-lum mingħajr ebda riservi.  Xhieda ta’ dan, wieħed għandu jara dan il-video biex japprezza b’liema serjeta u b’liema dedikazzjoni l-Banda tas-Soċjeta timxi quddiem il-vara l-Kbira.  Riċentament, fis-sena 2011, is-Soċjeta ħalset għar-restawr kollu tal-vara l-Kbira.

Fl-1878 fit-Teatru Manoel ittella’ kunċert li fih il-Banda La Vallette daqqet innu f`gieħ San Pawl.  Fost il-mistiedna preżenti, kien hemm d-Duka ta’ Edinburgħ flimkien mal-Gvernatur Van Strubenzee u s-sinjura tiegħu.  Fl-1880 iżżanżnet uniformi ġdida li baqgħet isservi sal-1893. 

Dr. Agostino Naudi LL.D. inħatar President ġdid tas-Societa fil-25 ta’ Frar 1883, li Michele Costa jsejjaħlu “unur tal-patrija, ta’ l-avukati u patrijott l-aktar qalbieni”. Huwa kien ukoll politiku bejn l-1883 u l-1892.  Minkejja li f’Malta kien hawn il-kolera, il-banda “La Valette” baqgħet tesegwixxi programmi mużikali fil-Pjazza San Ġorġ fil-Belt u fi bnadi oħra.  Wara li Mro. Emmanuele Bartoli ħalla id-direzzjoni tal-banda “LaValette”, il-kumitat hatar lill-assistant tiegħu s-Surmast Paolo Miruzzi li baqa’ jmexxi għal tlett snin minn 1885-1888.  F’din is-sena il-banda kienet taht it-tmexxijja tas-Surmast Gaetano Grech.   F’seduta tat-2 ta’ Jannar 1890, il-kumitat approva n-nomina tas-Surmast Vincenzo Carabott bħala Direttur tal-Banda. Is-Surmast Vincenzo Carabott kien iben Luigi, l-ewwel direttur tal-Banda “La Valette”.  Fit-3 ta’ April 1891 il-banda żaret Tunez fejn ġiet milqugħa minn follol kbar ta` Maltin u nies oħra.  Is-Soċjeta` daqqet programm mużikali fil-pjazza ta’ Bhaira.  L-għada daqqet marċi fil-Cavalcata.  Is-Soċjeta ġiet mistiedna diversi drabi oħra f`Tunez bħal fil-25 ta` Mejju 1893 għall-okkażżjoni tal-ftuħ tal-Port ta’ Tuneż.  Fis-sena 1892 laħaq President Dr. V. Frendo Azzopardi. Irrezenja fis-sena 1894.  Għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, il-banda “LaValette” fit-30 ta’ Settembru 1896 laqgħet stedina biex iddoqq l-Italja, ġewwa Sirakuża.  L-istess għamlet il-banda fit-28 ta’ Mejju 1897 meta s-Soċjeta` Filarmonika “La Valette” reġgħet ġiet mistiedna mill- Municipju ta’ Sirakuża biex tieħu sehem fil-festa ta’ Santa Lucija. 

Kien fis-17 ta` Mejju 1897, li l-Kumitat ħatar lil Dottor Fortunato Mizzi bħala President tas-Soċjeta` Filarmonika “La Valette”.  Fid-29 ta’ Awissu 1898 kontra qalbu ta r-riżenja tiegħu. 

Għall-okkażżjoni tal-Ġublew tal-Papa Ljun XIII fl-ewwel tas-sena 1898 is-Soċjeta` ħadet sehem b’marċi u programmi fit-toroq ewlenin tal-Belt.

Is-Sur Joseph Howard ġie maħtur aġent President tas-Soċjeta`, fejn dam jokkupa din il-kariga sa l-4 ta’ Mejju 1901 meta inħatar President.   X’inhi r-raġuni għaliex is-Sur Howard ma nħatarx mill-ewwel President ma nafux. 

F`seduta tas-27 ta` Ottubru 1899, is-Segretarju s-Sur Virgilio Germani, ressaq proposta biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiġi nnominat Surmast barrani biex jieħu f`idejħ id-direzzjoni tal-banda.  Fil-11 ta’ Jannar 1900 il-kumitat irnexxielu jakkwista s-servizz ta’ Mro. Gregorio Lucia, l-ewwel Surmast Direttur Taljan tal-Banda “La Valette”.

Fuq stedina mill-Muniċipju ta’ Noto fi Sqallija, f’Awissu tas-sena 1900 il-Banda “La Valette” marret iddoqq fl-okkażżjoni tal-Patrun ta’ Noto San Corrado.  Fid-29 ta’ Ġunju 1901, il-Banda “La Valette” flimkien mas-Soċjeta` Mandolinistica, regħhu ġew mistiedna f’Sirakuza u f’Noto. 

Fl-20 ta’ Ġunju 1902 il-Banda “La Valette” ħalliet Malta fi triqitha lejn Palermo, flimkien ma’ ħames mitt ruħ li marru jakkompanjawha hemmhekk.  Hawn tat diversi programmi u marċi li entużjażmaw lil kull min semagħhom, fost l-applawsi tan-nies li ħarġu fit-toroq jagħtuha merħba.  L-Assoċjazzjoni ta’ l-istampa Siċiljana rregalat lill-Banda “La Valette” bandalora sabiħa maħduma mill-Kav. Francesco La Torre ta` Messina.  Il-Banda irċeviet żewġ bandalori oħra, waħda mis-Societa` Artistico Musicale Diritto e Giustizia b`medalja tal-fidda indurata, kif ukoll diploma ffirmata minn S.Garfola, President.  Ftit xhur wara, f’Awissu, il- Banda “La Valette” laqgħet it-talba li saritilha mis-Sindku ta’ Catania, is-Sur G. Leonardi, biex tieħu sehem fil-festi Belliniani li saru f’Catania.  Fis-27 ta’ Mejju 1903, il-Banda “La Valette” reġgħet marret Catania biex tieħu sehem fic-ċerimonja ta’ trasport tal-fdalijiet tal-Kardinal Dusmet li qabel kien Arċisqof ta’ din il-Belt.  Fit-28 ta’ Awissu, il-Banda u s-Soċjeta` Mandolinistica għamlu żjara oħra f’Noto fi Sqallija.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Connaugħt ġew għal żjara f’ Malta fil-25 ta’ Marzu 1901 u l-Banda “La Valette” ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru għal din l-okkażżjoni bl-anzjanita.

Fit-22 ta’ Settembru 1901, il-Banda “La Valette” ġiet mistiedna biex iddoqq fl-okkażżjoni ta’ l-inawgurazzjoni u l-benedizzjoni tal-monument tar-Redentur Divin li tpoġġa fuq l-għolja tal-Virtu.  Il-Banda daqqet is-sinfonija La Bella Malta u l-Innu tal-Papa.  Waqt il-kxif tal-monument, il-Banda daqqet innu ieħor bil-kor tat-tfal ad-unur ta’ Ġesu Redentur, kompożizzjoni tal-Prof. Gregorio Lucia fuq versi ta` Dr. Ruggiero Serge M.D.

Wara li fit-28 ta’ Novembru, 1902 is-Sur Joseph Howard ta r-riżenja tiegħu minn President tas-Soċjeta`, il-kumitat fis-seduta tas-26 ta’ Jannar 1903, ħatar b’vot unanimu lill-Avukat Goffredo Adami bħala President minfloku.

Is-Soċjeta` Filarmonika “La Valette” laqgħet talba biex tmur iddoqq f’Bona għall-okkazjoni tal-festi tar-Repubblika Franciza fl-14 ta’ Lulju 1904. Din l-istedina saret mill-kolonja Maltija ta’ Bona. Għat-tieni darba fl-istorja tagħha, il-Banda “La Valette” f’April 1908 marret Bona biex tieħu sehem fil-Konkors Internazzjonali tal-Muzika.  L-organiżazzjoni ta’ dan il-Konkors Internazzjonali kien taħt il-Presidenza tal-Gvernatur ta’ l-Algiers, tal-kompożitur kbir Massenet u ta’ diversi personalitajiet ċivili u militari għolja tal-pajjiz.  F’dan il-Konkors Internazzjonali, il-Banda “La Valette” ħadet l-ewwel premju għall-eżekuzzjoni u ngħatat statwa tal-bronż.  Ħadet ukoll l-ewwel premju ta’ l-Unur u rebħet medalja tad-deheb u 1,500 franki.

Fis-seduta tal-Kumitat, tat-2 ta’ Novembru 1904, il-Kumitat iddecieda li jwaqqaf din is-Soċjeta` fost il-Bandisti.  Skond dan l-Istatut, il-Bandisti membri ta’ din is-Soċjeta` kellhom iħallsu sold fil-ġimgħa biex meta jimirdu seta’ jkollhom is-servizz tat-tabib u tal-medicini b’xejn.

Barra minn hekk kellhom dritt għal xelin kuljum u f’każ ta’ mewt, is-Soċjeta` kienet tieħu ħsieb biex tħallas l-ispejjeż tal-funeral jekk dawn ma jkunux aktar minn ħames liri.  Fil-każ li ma jsirx il-funeral, il-familja tal-mejjet tinagħta ħames liri.  Din is-Soċjeta` Mutuo Soccorso “La Valette” ġiet inawgurata fl-1 ta’ Jannar 1905.

Fit-13 ta’Awissu 1906, il-Banda “La Valette” marret Catania biex tieħu sehem fil-Konkors Bandistiku li sar f’din il-Belt.  F’dan il-konkors, il-ġurija tat il-massimu tal-punti lill-Banda “La Valette” u rregalatilha Diploma ta`l-Ewwel Grad, Medalja tad-Deheb u Bandalora sabiħa.

Wara il-mewt ta’ Dr. Goffredo Adami, f’seduta tal-Kumitat tat-13 ta’ Jannar 1908, il-Kumitat hatar b’vot unanimu lill-Konti Dottor Alfredo Caruana Gatto LL.D. bhala President. Wara sentejn li dam jippresiedi irrezenja u għaldaqstant il-Kumitat fis-seduta tas-26 ta’ Lulju, 1909 reġa ħatar għat-tieni darba lill-Kav. Komm. Joseph Howard bħala President.

Wara r-rizenja ta’ Mro. Gregorio Lucia, il-Banda “La Valette”, li għada sallum tibda d-daqq tagħha fil-marċijiet fit-toroq bir-roll (Daqq tat-tambur) bħala sinjal biex tinġibed l-attenzzjoni tal-Bandisti, drawwa li kien daħħala għall-ewwel darba Mro. Lucia, il-Kumitat kiseb Surmast gdid Mro. Giuseppe Vitaliti minn Catania.

Is-Soċjeta` tilfet wiehed mill-aqwa ħbieb u benefatturi tagħha.  Għal wiehed u tletin sena sħaħ huwa qeda d-dmirijiet tiegħu bhala Segretarju bl-akbar eżattezza u skruplu, infatti ħafna mit-tagħrif li qed inġibu hawn ġew meħuda mill-kotba tal-minuti tiegħu.

Prezentazzjoni ta’ Standard irjali mir-Re Ġorġ V ġie mogħti lill-Banda “La Valette” fl-24 ta’ Jannar 1912 waqt żjara tiegħu f’Malta.

Algiers

Fis-7 u 8 ta’ April, 1912 f’Algiers sar Konkors Internazzjonali li fih hadu sehem 94 Soċjeta` Muzikali, fosthom iz-zewg Baned tal-Belt: “Il-Kings Own” u “La Valette”. Ir-rizultat kien jaqra hekk:-

Konkors ta`Lettura a Vista: Armonia

Divizjoni Superjuri: It-Tieni Sezzjoni. L-ewwel Premju (kuruna tar-rand u 80 fr.)- Il-Banda “La Valette” ta’ Malta;

Konkorsi ta` L-ezekuzzjoni. Armonia

Divizjoni Superjuri: – It-Tieni Sezzjoni. L-Ewwel Premju bil-felicitazjoni tal-Gurija (kuruna tar-rand): – il-Banda “La Valette” ta’ Malta, u Diploma lis-Surmast.

Il-Banda “La Valette” mil-lum il-quddiem hija obbligata tikkonkorri fid-divizzjoni tal-Baned ta’ l-Eccelenza.

“La Valette” hadet sehem kbir fil-Kungress Ewkaristiku li sar gewwa Malta fis-sena 1913. Minbarra s-sehem shih tagħha miuzikali matul il-jiem tal-kungress, is-Soċjeta` “La Valette” tat pranzu fil-kazin tagħha lil 100 persuna foqra,  għal dan il-pranzu attenda l-Kardinal Alessandro Lualdi, iservi l-foqra waqt l-ikel kien hemm fost ohrajn l-Isqof Mons. Antonio Maria Grasselli ta’ Viterbo, l-Isqof Mons. Francesco Maria Berti ta’ Amelia, il-Kan. Emmanuele Pullucino u Mons. Kan Dun Pawl Muscat, Dun G. Francalanza u Dun L. Ferriggi flimkien mal-membri tal-Kumitat u l-familji tagħhom.

Fit-13 ta’ Frar 1916 il-Kumitat u s-Soci ta’ “La Valette” għamlu pranzu fil-Kazin lil hamsin ragel fqir. L-Isqof Caruana kien mistieden biex jiekol maggħhom kif fil-fatt għamel.  Sadattant bosta Kanonci, Sacerdoti u membri tal-Kumitat bdew iqassmmu l-ikel, kif ra hekk, l-Isqof Dom Mauro Caruana qam minn fuq il-mejda u hu stess beda jqassam l-ikel lill-foqra.  Wara r-rizenja tal-Kom. J. Howard li saret fis-26 ta’Awissu 1917, f’sedudta tal-Kumitat tal-25 ta’ Settembru 1917, hatar b’akklamazzjoni lil Dottor Lewis F. Mizzi bhala President gdid tas-Soċjeta`.

F’Awissu l-Kumitat laqa’ stedina biex il-Banda “La Valette” tmur iddoqq f’Catania u f’Acicatena fl-okkazjoni tal-festi ta’ Ferragosto.  Fis-seduta tal-kumitat tal 14 ta` Awissu 1918, il-kumitat hatar b`akklamazzjoni lil Dott Ugo Mifsud bhala President tas-Societa.  F’Ottubru tal-1919, Maestro Giuseppe Vitaliti temm il-kariga tiegħu bhala Direttur tal-Banda. Il-Kumitat ma damx wisq ma nieda konkors fl-Italja biex jinstab Surmast gdid Taljan. Kien fid-19 ta’ Novembru 1919, li l-Kumitat hatar lill-Kav. Ettore Mattioli bhala Surmast gdid. Huwa kien wiehed mill-aqwa surmastrijiet ta’ l-Italja. Fi ftit zmien li dam imexxi l-Banda irnexxielu jorganizzaha u gaba hafna il-quddiem.

Fil-11 ta’ Dicembru 1919, il-Kumitat hatar b’akklamazzjoni lil Dr. Filippo Sceberras bhala President Onorarju ftit wara għamlet l-istess ma’ l-Onor. Dottor Enrico Mizzi u mal-Mons. Ignazio Panzavecchia, Presidenti Onorarju għall-meriti Patriottici tagħhom.   Fi zmien Mro. Mattioli l-Banda kellha bhala Assistent Surmast lil Ganni Grech, jew Ganninu kif kienu jsejhulu. Tant kellu għal qalbu lill-allievi li organizza banda għalihom – La Piccola Banda.  Minhabba ragunijiet ta’ sahha Mro. Mattioli irrezenja. Mro. Alessandro Vessella wasal Malta f’Mejju 1922, u kien igawdi fama mondjali bhala Surmast, Direttur, Organizzatur u Riformatur.

Fis-Seduta Generali tal-24 ta’ Frar 1923, is-Segretarju f`isem is-Soċjeta` irinngrazzja lil Mro. Francesco Bellizzi li b’sagrifficcju personali kien mexxa l-Filarmonika minn Ottubru 1921 sa Frar 1923. Huwa kien informa lill-kumitat li Mro. Bellizzi kien għamel dan bla interess izda kien imqanqal biss mill-imhabba lejn is-Societa. Il-membri tal-kumitat qamu bil-wieqfa u tawh applaws.

Qabel ma Mro. A. Vessella kien halla Malta, huwa kien wiegħed lis-Soċjeta` li jsibilha Surmast addadat. Fil-fatt meta wasal Ruma huwa hadem biex id-direzzjoni tal-Filarmonika “La Valette” tigi fdata f’idejn Mro. Cardenio Botti. Fis-seduta tas-27 ta’ April 1923, l-Onor. Dr. Ugo P. Mifsud il-President tas-Soċjeta` introduca lill-membri tal-Kumitat is-Surmast il-gdid tal-Filarmonika, Mro. Cardenio Botti.

Tunez, Palermo u Messina

Il-Banda “La Valette” flimkien ma’ 400 ruh, marret Tunez, Palermo u Messina bejn it-2 u t-30 ta’ Mejju 1926. Tlett xhur wara dan il-vjagg il-Kumitat laqa’ stedina li saritlu mill-Kumitat tal-Festi Centinarji ta’ S. Agata f’Catania biex il-Banda tieħu sehem f’għeluq it-8 Centinarju ta’ S.Agata bejn l-14 u 17 ta’ Awissu 1926. Fis-sena 1928, il-Banda għal darb’ohra reggħet marret Catania biex tieħu sehem fil-festa ta’ Sant’Agata.

 

“La Valette” fil-konkors Bandistiku Internazzjonali f’ Como

Il-konkors infetah is-Sibt, 27 t`Awissu 1927. Ir-rizultat kien dan: –

Konkors tal-lettura a prima vista:

L-ewwel premju ma gie mogħti lil hadd.

I-tieni premju lill-Filarmonika “La Valette” ta’ Malta pprezentata b’ medalja tad-deheb tal-Gr. Uff. Stucchi.

Konkors ta’ Ezekuzzjoni:

L-ewwel premju lill-Filarmonika “La Valette” ta’ Malta.

L-ewwel premju lill-Filarmonika “La Valette” u lill-Banda King`s Own, pari merito, u jiehdu 8,000 lira Taljani kull wiehed.

Premju tad-Direzzjoni:

 

Lis-Surmast C. Botti skond l-Art. 26 tar-regolamenti tal-Konkors medalja tad-deheb tad-Dar Editrici Musicali G. Ricordi & Co.

 

Milan

Fid-29 ta` Awissu, il-Banda tat kuncert f’Milan fi Piazza della Scala

Ruma

Fil-31 ta’ Awissu il-Banda “La Valette” ezegwiet programm fil-pjazza tal-Pincio.  Malli il-Banda waslet f’Malta sabet folla kbira qed tistenniehom biex tagħtihom merhba.  Sena wara minn din ir-rebha twahhlet mal-hajt tal-faccata ta` gewwa tal-Kazin lapida. Mis-sena 1975, baqgħet issir kommemorazzjoni ta’ Como b’kuncert kull sena.  Għal numru ta’ snin dan kien jinzamm fi Pjazza Regina. Issa dan isir kull sena fit-teatru tal-Istitut Kattoliku.

Wara 12 sena Mro. Gardenio Botti halla Malta. Fit-28 ta’April 1937, il-Kumitat hatar lil Mro. Giuseppe Camilleri bhala s-Surmast u Direttur tal-Banda.

Il-Banda “La Valette” laqgħet stedina biex iddoqq għal dan l-anniversarju s-Surmast G. Camilleri kkompona l-Innu fuq versi ta’ Gorg Zammit B.A. (Lond).

F’seduta tat-23 ta’ Gunju 1943, tlaqqgħet Seduta generali ohra li fiha ntgħazel Sir Philip Pullicino bhala President tas-Soċjeta`.

l-Hadd 12 ta’ Settembru f’Malta giet iccelebrata il-waqgħa ta’ l-Italja. “La Valette” flimkien mal-Kings Own għamlet Marc tar-Rebha. Hekk kif spiccat il-gwerra il- Kumitat ha hsieb jagħmel kuntratt iehor ma’ Mro. G. Camilleri, waqt li-hatar lis-Sur Edgar Lowell bhala surmast ta’ l-allievi.

“La Valette” iccelebrat il-75 sena mit-twaqqif tagħha. F’kuncert li tat gewwa ir-Radio City il-Filarmonika “La Valette” zanznet strumenti godda ta’ Boosey & Hawkes li qam Lm20,000. Barra minn hekk saru quddies, kuncerti u at home li fih kien mistieden il-Gvernatur Sir Gerald u Lady Creasy, li ntalab jikxef lapida kommemorattiva bl-isem tas-Sur Pawl Darmanin, Fundatur tas-Soċjeta`. Għal din l-okazzjoni gie stampat fuljett b’tifkira tal-75 sena anniversarju.

Wara r-rizenja ta’ Sir Phillip Pullicino inhatar President tas-Soċjeta` fis-16 ta’ Jannar 1950.

Fil-korteo li sar mill-Belt sal-Bombi, hadet sehem il-Banda “La Valette” li tagħha Dr. Nerik Mizzi kien habib antik, ammiratur kbir, benefattur u President Onararju.

Fil-25 ta’ Gunju 1956, is-Soċjeta`tilfet wiehed mill-akbar benefatturi u hbieb tagħha, il-Mro. Bellizzi li kien ukoll Direttur Onorarju. Għal darbtejn kien Agent Direttur tal-Banda bejn is-snin 1921-1923 u bejn 1935-1937. Huwa hadem dejjem gratitwament u kien l-id il-leminija ta’ Mri. Vessella u Botti. Għal snin twal kien membru tal-Kumitat.

Il-Hadd 25 ta’ Jannar 1960, l-Onor. Imhallef Kav. William Harding kixef lapida bl-ismijet kollha tal-Presidenti tas-Soċjeta`.

Fis-19 ta’ Settembru l-Banda “La Valette” flimkien mal-Banda “Kings Own” għamlet marc alla veneziana fi Triq Irjali u programm muzikali fi Pjazza Regina. Ftit jiem qabel ma bdew il-festi ta’ l-Indipendenza, il-Kazin sar festin mis-soci f’gieh l-Onor Dr. Gorg Borg Olivier, President tas-Soċjeta` li bit-thabbrik tiegħu Malta kienet kisbet l-Indipendenza tagħha.

F’’Mejju tas-sena 1968 is-Surmast Giuseppe Camilleri temm mil-kariga tiegħu ta’ Surmast Direttur tal-banda wara wiehed u tletin sena li dam jidderiegi. Sadanittant imexxi lill-Filarmonika kien hemm is-Surmast Edgar Lowell li baqa’ jmexxi lill-banda fis-snin 1968-1970.

F’seduta tal-kumitat ta’ 4 ta’ April 1970, il-Kumitat hatar lil Mro. Joseph Sammut bhala surmast tal-Banda “La Valette”.

Is-sena 1974 habtet is-sena centinarja tal-fondazzjoni tas-Soċjeta`, u għalhekk saru festi xierqa. Dawn gew celebrati b’quddies, kxif ta’ lapidi, ricevimenti fil-kazin, saggio mill-allievi u d-daqq tal-baned mistiedna. Tpoggew fjuri fuq l-oqbra tas-Soċjeta`, saru marci trijonfali mill-istess Banda u kuncert fit-Teatru Manoel.

Fl-1994 Il-Kan John Ciarlo hareg ktieb dwar l-ewwel mitt sena ta’ Storja tas-Soċjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Valette”. Fih wiehed isib xmara ta’ tagħrif storiku, huwa ktieb bl-istorja dettaljata tal-grajjiet kollha li għaddiet minnhom is-Soċjeta` fl-ewwel mitt sena tagħha.

Hekk kif miet il-President tas-Soċjeta` Nazzjonali “La Valette” fl-1980, il-kumitat għamillu bust fis-sala imsemmija għalih għalkemm diga’ kien hemm iehor aktarx xogħol l-iskultur Russu Edwars. L-iehor huwa ta’ Marco Montebello u gie inawgurat fil-5 ta’Novembru, 1982.

Wara l-mewt ta’ Dr. G. Borg Olivier il-kumitat tas-Soċjeta` laqqa Seduta Generali li nzammet nhar l-Erbgħa 14 ta’ Jannar 1981, fejn gie mahtur bhala President Dr. Joseph Cachia, li gie elett b’akklamazzjoni.

Sabiex terga tibda tuza il-kelma “Nazionale” din kellha tigi approvata b’ittra tal-Gvern Malti bid-data 31 ta’ Jannar 1990. B’hekk illum is-Soċjeta` hija kburija li bid-dritt it-titolu “Nazionale” huwa rikonoxxut lilha ufficjalment.

F’Novembru tas-sena 1992 harget l-ewwel publikazzjoni ta’ ktejjeb informattiv dwar is-Soċjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Valette”. Rivista simili kienet tohrog fl-1925 -1928.

Is-Soċjeta` “La Valette” kienet onorata personalment minn Mro Carmelo Pace billi gie il-Kazin waqt riceviment u irregala l-bust tiegħu bhala turija tal-kollaborazzjioni li dejjem xtaq jagħti lis-Soċjeta`.

Muzicisti distinti li hargu mill-banda tas-Soċjeta` “La Valette” huma Joseph Stivala, Ganni Vella, Willie Attard, Eddie Lowell, Carmelo Xerri (Xercarm) John Mamo, Paolo Bonnici, Rosario Mizzi. Paul Arnaud.

Fis-17 ta’ Ottubru 1994, “La Valette” iccelebrat għeluq il-120 sena mit-twaqqif tagħha. Għal dan il-għan saret press conference, programm u prezentazzjoni ta’ ktieb, quddiesa ta’ radd il-hajr f’San Pawl, kuncert generali fl-Istitut Kattoliku, kuncert sinfoniku, quddies u korteo fic-cimiterju ta’ l-Addolorata bi tqegħid ta’ kuruni fuq l-oqbra tas-Soċjeta`, filgħodu u filgħaxija serata fil-kazin mill-Piccola Banda, wirja storika, billiards kompetizzjoni Semi final, kuncert fil-kazin , dinner dance, quddiesa ta’ l-għeluq fil-knisja tal-Karmnu.

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Marzu 1997, is-Soċjeta` Filarmonika Nazzionale “La Valette” flimkien ma’ L-Arcikonfraternita` tas-SS.Mu Kurcifiss tal-knisja ta’ Giesu l-Belt, ikkommemorat l-għeluq il-mitt sena tas-sehem ta’ “La Valette” waqt il-purcissjoni tal-Gimgħa l-Kbira. 

L-Istorja tal-Banda Muzikali Beltija “La Valette” miktuba minn A.S. Fiteni 1897; Sorjia tal-Primaria u Premiata Banda Cittadina “La Valette” 1874-1909 ta’ Michele Costa; Soċjeta` Filarmonika Nazionale “La Valette” Grajja Dokumentata ta’ Robbie Mifsud Bonnici 1959; u l-ahhar wiehed kien Soċjeta` Filarmonika Nazionale “La alette” L-ewwel Mitt Sena Storja 1874 -1974 tal-Kan. John Ciarlo` 1974.

Fl-1999 is-Soċjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Vallette” fakkret il-125 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta`, għal dan il-għan hija fasslet programm ta’ attivitajiet li kienu jinkludu:-

Tqegħid ta` Kuruni mad-dar tal-fundatur tas-Soċjeta` Paolo Darmanin u mal-Monumenti ta` l-Ex President i Sir Ugo Mifsud u Dr. G. Borg Olivier; wirja bil-video dwar is-Soċjeta`, tahdita mill-Imhallef Joseph A. Filletti; Kuncert minn Freddie Mizzi u l-banda tiegħu; zjarat lill-President ta’ Malta u lill-Prim Ministru; kompetizzjoni tal-billiards fil-kazin, marcijiet fil-Belt Valletta, kuncert mill-Piccola Banda tas-Socjeta; qudddiesa solenni fil-Knisja kollegjata ta’ San Pawl; kuncert operistiku fil-Kazin; inawgurazzjoni ta` lapida Kommemorattiva fil-Kazin; scholarships imnedija mill-kazin fl-okkazjoni ta’ l-anniversarju; zjart lill-membri anzjani tas-Soċjeta`; serata divertenti fl-Istitut Kattoliku, marcijiet minn baned barranin, dik ta’ Tas-Sliema u “Queen Victoria” taz-Zurrieq u Kuncert ta’ l-Anniversarju fl-Istitut Kattoliku.

Is-Soċjeta` Filarmonika Nazzjonali “La Valette” għall-okkazjoni tal-Milennju tat Kuncert Sinfoniku flimkien mal-Kor ta’ San GIljan fil-bitha tal-Palazz il-Belt Valletta.

F’Ottubru 2000 is-Soċjeta` ipprezentat kuncert fit-teatru tal-kavallier ta’ San Gakbu. Kienet l-ewwel Soċjeta` li pprezentat serata f’dan ic-centru gdid.

Avukat Albert Borg Olivier de Puget gie elett President tas-Soċjeta` fl-1986 wara l-mewt mhux mistennija tan-Nutar Joseph Cachia.