Daħla

ea1ccb20e18ad3c5cb153b7847b15a98966390935-1405839369-53cb6809-360x251  

Messaġġ minn Dr. Paul Borg Olivier

President

 

522923_114905288644265_1684349291_n

Messaġġ mis-Sur Paul Spiteri

Segretarju Ġenerali u PRO

Ħbieb,

Merħba fis-sit uffiċċjali tas-Societa’ Filarmonica Nazzionale ‘La Valette’. Dan is-sit ġie imtellgħa għall-ewwel darba f’Novembru tas-sena 2005 wara li nħasset il-ħtieġa lis-Societa’ ikollha preżenza fuq l-internet b’materjal informattiv fuq is-Societa’ tagħna li ilha mwaqqfa sa mill-1874 u tul iż-żminijiet kisbet suċċessi kbar li llum ilkoll għadna niftaħru bihom.  Biss huwa dmir u sagrifiċċju tagħna bħala Kumitat tad-Direzzjoni u tagħkom il-membri li nibqgħu nsegwu l-passi ta’ missirijietna biex is-Societa’ tagħna tkompli tgawdi dak li kisbet biex b’hekk tikber u timxi l-quddiem fi żmienijiet tal-lum. Infatti il-Kumitat kull sena jiġġedded b’demm gdid, demm żagħżugħ biex b’hekk inkomplu nimirhu fuq inizjattivi ġodda biex isem is-Societa’ jkompli jikber u jisaħħaħ u dan qegħdin nagħmluħ anki bl-użu tat-teknoloġija tal-Informatika.  Xiehda ta’ dan ġiet imnediha paġna ġdida u grupp tas-Societa’ fuq Facebook li jikkumplimentaw dan is-sit elettroniku u dan biex isem is-Societa’ u l-ħidma kollettiva tigi mżewqa u kkordinata aħjar bejn id-dilettanti tal-Festi u tal-Baned. Għaldaqstant nistiednukhom sabiex tidħlu f’dan is-sit elettroniku tagħna fejn hawnhekk ser tinagħtaw informazzjoni dettaljata sabiex issiru tafu aħjar is-Societa’ Filarmonica Nazionale ‘La Valette’ u dak li wettaqna u li rnexxielna niksbu matul iż-żmienijiet kif ukoll biex iżommu ruħkom aġġornati bl-avvenimenti li nkunu qegħdin norganiżżaw minn żmien għal żmien.

Paul Spiteri